Malta

Stqarrija tal-Moviment Ewropew Malta u JEF-Malta f’ Jum l-Ewropa

Il-Moviment Ewropew Malta u JEF-Malta

Stqarrija Flimkien

(9 Mejju 2021)

[Tradużżjoni libera]

Fl-okkażjoni tal-71 anniversary mid-dikjarazzjoni Schuman, il-Moviment Ewropew Malta u JEF-Malta qablu biex flimkien joħorġu din l-istqarrija. L-għaqda Ewropea saħħet il-paċi dinjija u l-qagħda ekonomika, soċjali u politika tal-Ewropa. Minħabba f’hekk, l-Ewropej igawdu l-ogħla libertajiet politiċi u livell t’għajxien ogħla minn qatt qabel. Magħqudin u determinati, l-Ewropej se jegħlbu d-diffikultajiet li ġab miegħu il-COVID-19 u l-isfidi biex id-dinja tqum fuq saqajha wara l-pandemija.

Filwaqt li l-Unjoni Ewropea (UE) qed tniedi l-konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, iż-żewġ għaqdiet iħarsu ‘l quddiem lejn dibattitu wiesa u jappellew lill-mexxejja tal-UE biex jagħtu widen lill-membri kollha tas-soċjetà. Jeħtieġ b’ mod urġenti li jieqaf it-tnaqqir tal-prinċipji demokratiċi kulfejn iddawwar wiċċek, li jkun miġġieled ir-razziżmu u ż-żenofobija, l-estremiżmu u l-anti-semetiżmu. L-akbar sfida ekonomika hi li jittjiebu l-prospettivi għaż-żgħazagħ.

Waqt li l-UE wettqet miżuri kollaborattivi kbar kemm f’ affarijiet interni kif ukoll fir-relazzjoniet barranin, JEF-Malta ssostni li jinkisbu benefiċċji akbar jekk l-UE tingħaqad aktar, għax dan iwassal għal konċentrazzjoni akbar ta’ benefiċċji u responsabilitajiet, fir-rispettat tal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Iż-żewg għaqdiet jappoġġaw l-isforz tal-Unjoni Ewropea biex jitwaqqaf it-tibdil fil-klima, il-‘Green Deal’ u speċjalment l-għan li t-tkabbir ekonomiku jinfired mill-użu tar-riżorsi biex b’hekk sal-2050 it-tluq tal-karbonju fl-atmosfera ma jkunx aktar minn dak li jigi assorbit.

L-UE trid taqdef biex ikollha strateġija awtonoma fil-qasam tas-sigurtà, biex b’hekk tkun tista tħares aħjar l-istituzzjonijiet u l-kulturà demokratika tagħha. 

JEF-MALTA hi għaqda taż-żghażagħ u studenti, organizażżjoni non-governattiva u mhux partiġjana fl-Università ta’ Malta. Fl-isfera internażżjonali, JEF-MALTA hi msieħba f’JEF Ewropa, organizażżjoni li tħaddan fiha għaqdiet minn 35 pajjiż u li taħdem favur Ewropa aktar magħquda, integrata u demokratika. L-għan ewlien ta’ JEF-MALTA hu li ġġib ‘il quddiem l-integrażżjoni tal-Ewropa u iżżid l-għarfien dwar UE fost iz- żghażagħ. Hu għalhekk il-pjaċir tagħna li nieħdu sehem f’ din l-inizjattiva biex jitfakkar Jum l-Ewropa bħala l-pedament ta’ aktar paċi u għaqda bejn l-istati membri tagħha.

Il-Moviment Ewropew Malta hu għaqda volontarja, li ma tagħmilx profitti, mhi affiljata mal-ebda partit politiku u membru tal-Moviment Ewropew Internazzjonali ibbażat fi Brussel. Il-Moviment twaqqaf f’Malta fl-1965 bħala l-Kunsill Malti tal-Moviment Ewropew. Il-Moviment jaħdem biex jissaħħu l-valuri Ewropej u bejn l-1970 u l-1987 mexxa kampanja biex Malta tagħti liċ-ċittadini tagħha d-dritt li jkunu jistgħu jappellaw quddiem il-Qorti Ewropea dwar id-Drittijiet Umani fi Strasburgu. Fit-28 ta’ Jannar 1977, l-Assemblea Generali tal-Moviment Ewropew Malta approvat dikjarażżjoni li fiha saħqet li “Malta għandha tapplika biex tissieħeb fil-Komunità Ekonomika Ewropea bħala opportunità ewlenija f’dan l-istadju biex issaħaħ ir-rwol tagħha fir-Reġjun tal-Mediterran u partijiet oħra tad-dinja wara l-1979.” Minn hemm ‘il quddiem, il-Moviment ħadem bla waqfien favur is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.

You might also be interested

A Commentary

EU SOLIDARITY, THE BUDGET AND FIGHTING COVID-19
EU leaders meeting on the 10-11 December 2020 approved the Union’s long-term budget…